Pjattaforma għall-innovazzjoni tal-euro diġitali
Il-flus tal-Bank Ċentrali jistgħu jkunu pjattaforma għall-innovazzjoni
Il-pjattaforma tal-innovazzjoni tal-euro diġitali hija inizjattiva mfassla biex trawwem kollaborazzjoni mas-suq sabiex tittestja l-ideat u tesplora kif l-euro diġitali jista’ jaħdem fil-prattika. Il-pjattaforma tlaqqa’ flimkien esperti minn madwar l-Ewropa – inklużi banek, kumpaniji tat-teknoloġija finanzjarja, negozjanti, akkademiċi u fornituri tat-teknoloġija – biex tgħin tiżgura li l-euro diġitali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum.
Kif l-euro diġitali jista’ jaħdem fil-ħajja ta’ kuljum
Staqsejna lill-parteċipanti fil-pjattaforma tal-innovazzjoni dwar l-użi possibbli ta’ kuljum tal-euro diġitali. Dan huwa dak li qalu.
X’jista’ jġib miegħu l-euro diġitali?
Skont il-parteċipanti tal-pjattaforma tal-innovazzjoni
X’inhi l-pjattaforma tal-innovazzjoni tal-euro diġitali?
Il-pjattaforma tal-innovazzjoni hija spazju għall-kollaborazzjoni u għall-esperimentazzjoni mal-atturi tas-suq biex jiġi esplorat il-potenzjal tal-euro diġitali għall-innovazzjoni, jiġu ġġenerati ideat għal servizzi u opportunitajiet ta’ negozju ġodda, u biex tissawwar il-viżjoni fit-tul tal-proġett.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Min huma l-pijunieri u l-viżjonarji?
Wara sejħa pubblika għal espressjonijiet ta’ interess f’Ottubru 2024, il-BĊE rċieva aktar minn 100 applikazzjoni u għażel madwar 70 parteċipant fis-suq mill-Ewropa kollha biex jissieħbu f’wieħed miż-żewġ flussi ta’ ħidma jew fit-tnejn li huma, filwaqt li żgura firxa wiesgħa ta’ perspettivi u ta' għarfien espert.
X’tgħallimna?
Ir-rapport tal-eżitu jikkondividi għarfien ewlieni mill-pijunieri u l-flussi ta’ ħidma tal-viżjonarji tal-pjattaforma tal-innovazzjoni, inklużi x-xenarji ttestjati, is-sejbiet minn testijiet tekniċi u l-ideat għat-tiswir tal-euro diġitali.
Aqra r-rapport dwar l-eżituINSERTED BY ANONYMOUS PROXY