Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Projezzjonijiet makroekonomiċi

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, mal-inflazzjoni, mal-pagi, mal-qgħad u mal-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u tal-BĊE jipproduċi projezzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u għall-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba’ darbiet fis-sena (f'Marzu, f’Ġunju, f’Settembru u f’Diċembru).

Marzu 202

Daqqa t’għajn

Prospetti dwar l-inflazzjoni

Il-gwerra fil-Lvant Nofsani wasslet għal żidiet qawwija fil-prezzijiet taż-żejt u tal-gass li se jgħollu l-inflazzjoni. Jekk wieħed jassumi li l-prezzijiet tal-enerġija jerġgħu jinżlu f’konformità mal-aspettattivi tas-suq mill-11 ta’ Marzu, l-inflazzjoni għandha terġa’ lura għall-mira fl-2027-28, iżda l-prospettiva hija soġġetta għal grad għoli ta’ inċertezza.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

Il-gwerra timplika wkoll prospettiva ta’ tkabbir aktar dgħajfa għal din is-sena peress li inflazzjoni ogħla tnaqqar il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi, u peress li l-inċertezza u l-fiduċja x’aktarx aktar baxxa jrażżnu d-domanda domestika u barranija. It-tkabbir huwa mistenni li jerġa’ jaqbad fl-2027 u fl-2028.

Aktar

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Projezzjonijiet attwali u tal-imgħoddi

Qabbel il-projezzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u tat-tkabbir ekonomiku. Il-projezzjonijiet tal-imgħoddi għaż-żona tal-euro u l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma disponibbli biex jitniżżlu.

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima